Language of document : ECLI:EU:T:2017:591


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2017 –

Aldi vs EUIPO – Rouard (GOURMET)

(Każ T-572/15)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GOURMET – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea ORIGINE GOURMET – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva – Regola 20(7)(c) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Appelli quddiem il-Bordijiet tal-Appell – Sospensjoni tal-proċedura – Kundizzjonijiet

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regoli 20(7)(ċ) u 50(1))

(ara l-punti 20-24, 28-30, 37, 39, 41, 43)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata – Limiti

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(2) u (3))

(ara l-punt 36)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-24 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1985/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Rouard u Aldi.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1985/2013-4), hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Aldi GmbH & Co. KG.