Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fil-11 ta’ Diċembru 2023 – N.V.N vs Komise pro rozhodování ve věcech pobytu cizinců
(Kawża C-761/23, Komise pro rozhodování ve věcech pobytu cizinců)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: N.V.N.
Konvenut: Komise pro rozhodování ve věcech pobytu cizinců
Domanda preliminari
L-interpretazzjoni tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tostakola lill-qrati milli jiddeċiedu, fi proċeduri ġudizzjarji, dwar il-konsultazzjoni ta’ dokumenti jew atti kklassifikati li, fil-proċedura għal ħruġ ta’ permess uniku, fis-sens tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/98/UE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru, immexxija quddiem l-awtorità amministrattiva, inżammu separati mill-fajls amministrattivi?
____________
1 ĠU 2011, L 343, p. 1.