Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2014 – José Manuel Baena Grupo, SA vs UASI – Neuman u Galdeano del Sel (Rappreżentazzjoni ta’ persuna bilqiegħda)

(Kawża T-28/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: José Manuel Baena Grupo, SA (Santa Perpètua de Mogoda, Spanja) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel (Tarifa, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-UASI;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn Komunitarju rreġistrat taħt in-Nru 426 895-0002 għal “ornamentazzjoni għal teeshirts, ornamentazzjoni għal brieret, ornamentazzjoni għal stikers, ornamentazzjoni għal materjal stampat, inkluż materjal pubbliċitarju”.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: José Manuel Baena Grupo

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva Komunitarja Nru 1 312 651, għal prodotti fil-klassijiet 25, 28 u 32 tal-Klassifikazzjoni ta’ Nice

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: rikors u t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud parzjalment

Motivi invokati: interpretazzjoni żbaljata tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji