Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2014 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-27/14)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil u T. Müller, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla s-sejħa tal-Kummissjoni Ewropea C (2013) 7221 finali, tal-4 ta’ Novembru 2013 għall-irtirar tad-deċiżjoni tal-Ministeru tal-Kummerċ u tal-Industrija tar-Repubblika Ċeka li tagħti deroga, għall-faċilitajiet ta’ ħażna tal-gass f’Dambořice, mir-regoli legali nazzjonali li jimplementaw id-Direttiva 2003/55/KE 1 dwar ir-regoli għall-aċċess ta’ terzi u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 266(1) TFUE

F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti ssostni li meta l-Kummissjoni adottat d-deċiżjoni kkontestata, hija aġixxiet b’mod li jmur manifestament kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013, Globula vs Il-Kummissjoni, T-465/11.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2003/55/KE

Permezz ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata wara l-iskadenza tat-terminu previst fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2003/55/KE.

____________

1 Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230).