Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2014 – Laverana vs UASI (BIO - INGRÉDIENTS VÉGÉTAUX - PROPRE FABRICATION)

(Kawża T-30/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger u M. Zöbisch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 1749/2013-4 u tawtorizza l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 11 642 527 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 1749/2013-4 u tibgħat lura l-każ quddiem l-Uffiċċju sabiex jadotta deċiżjoni ġdida;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 1749/2013-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-iswed u bl-abjad, li tinkludi l-elementi verbali “BIO - INGRÉDIENTS VÉGÉTAUX - PROPRE FABRICATION” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 642 527

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.