Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-26/14 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2011 – Rati ta’ multiplikazzjoni ta’ riferiment – Kontradittorju”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Peter Schönberger (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Mader, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Schäfer u I. Ní Riagáin Düro, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Novembru 2013, Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-14/12, ĠabraFP, EU:F:2013:167), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.Dispożittiv1)    Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Novembru 2013, Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-14/12), hija annullata.2)     Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.3)     L-ispejjeż huma rriżervati.