Language of document : ECLI:EU:T:2014:953





Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Novembru 2014 —
Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni


(Kawża T‑27/14)

“Rikors għal annullament — Suq intern tal-gass naturali — Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55/KE — Ittra tal-Kummissjoni li titlob lil awtorità regolatorja tannulla d-deċiżjoni tagħha dwar l-għoti ta’ deroga — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Atti preparatorji — Ittra indirizzata mill-Kummissjoni lil awtorità regolatorja nazzjonali fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2003/55 — Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/55, Artikolu 22(4)) (ara l-punt 17)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Preżunzjoni ta’ validità — Att ineżistenti — Kunċett (Artikolu 288 TFUE) (ara l-punt 20)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni C (2013) 7221 finali, tal-4 ta’ Novembru 2013, indirizzata lill-Ministru Ċek tal-Kummerċ u tal-Industrija u lid-Direttriċi tal-Uffiċċju Ċek li jirregola l-enerġija, abbażi tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.