Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fit-8 ta’ Awwissu 2023 – Network One Distribution SRL vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală - Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală - Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili, Autoritatea Vamală Română – Direcţia Regională Vamală Bucureşti, Ministerul Finanţelor – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor

(Kawża C-506/23, Network One Distribution)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Network One Distribution SRL

Konvenuti: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală - Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Bucureşti, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală - Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili, Autoritatea Vamală Română – Direcţia Regională Vamală Bucureşti, Ministerul Finanţelor – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, l-Artikolu 114 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni 1 għandu jiġu interpretat fis-sens li jipprekludi prassi amministrattiva li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fir-rigward tal-ammont tad-dazju antidumping, timponi fuq persuna taxxabbli, minbarra l-penalità għall-ħlas tardiv prevista fl-Artikolu 114 ta’ dan ir-regolament, penalità għall-ħlas tardiv prevista separatament fid-dritt nazzjonali (Codul de procedură fiscală (il-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali))?

____________

1     ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.