Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Ravenna (l-Italja) fil-5 ta’ Jannar 2024 – P.M. vs S. Snc

(Kawża C-5/24, Pauni 1 )

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Ravenna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: P.M.

Konvenut: S. Snc.

Domandi preliminari

Id-Direttiva 2000/78/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol 1 tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, peress li tipprevedi d-dritt li jinżamm impjieg f’każ ta’ mard għal 180 jum imħallas, fil-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena, flimkien ma’ 120 jum supplimentari ta’ leave mingħajr ħlas (li jista’ jittieħed darba biss) fuq talba tal-ħaddiem, ma tipprevedix leġiżlazzjoni differenti bejn ħaddiema li jikkwalifikaw bħala diżabbli u ħaddiema li ma humiex?

Jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali deskritta fil-motivazzjoni għandha titqies b’mod astratt bħala diskriminazzjoni indiretta, din il-leġiżlazzjoni hija fi kwalunkwe każ oġġettivament iġġustifikata minn għan leġittimu u l-mezzi użati sabiex jintlaħaq huma xierqa u meħtieġa?

Arranġament raġonevoli xieraq u suffiċjenti sabiex tiġi evitata d-diskriminazzjoni jista’ jiġi rrappreżentat mill-fatt tal-għoti ta’ leave mingħajr ħlas, fuq talba tal-ħaddiem, wara l-iskadenza ta’ 120 jum ta’ mard, u adattat sabiex jipprevjeni t-tkeċċija sa meta jiskadi?

Arranġament li jikkonsisti fid-dmir tal-persuna li timpjega li tagħti, mal-iskadenza tal-perjodu ta’ 180 jum ta’ leave tal-mard imħallas, perijodu ieħor imħallas għal kollox bi spejjeż tagħha, mingħajr ma tikseb korrispettiv f’xogħol, jista’ jitqies bħala raġonevoli?

Sabiex jiġi evalwat l-aġir diskriminatorju tal-persuna li timpjega, huwa possibbli li jiġi evalwat (għall-finijiet li tiġi stabbilita l-leġittimità jew le tat-tkeċċija) il-fatt li anki perijodu possibbli supplimentari tar-relazzjoni ta’ xogħol irremunerata mill-persuna li timpjega ma kienx iħalli lill-persuna b’diżabilità terġa’ lura għax-xogħol, peress li l-istat ta’ mard tagħha jippersisti?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.