Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2014 – AQ vs Il-Parlament

(Kawża T-168/11) 1

(“Rikors għad-danni – Kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti wara d-deċiżjoni tal-Parlament li jarkivja l-petizzjoni tiegħu – Talba ta’ ftuħ ta’ investigazzjoni dwar allegati irregolaritajiet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – Inammissibbiltà manifesta”)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: AQ (Żary, il-Polonja) (rappreżentant: P. K. Rosiak, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentant: K. Zejdová, aġent)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba d-deċiżjoni tal-Parlament li jarkivja l-petizzjoni tiegħu li permezz tagħha talab li tinfetaħ investigazzjoni dwar allegati irregolaritajiet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.AQ huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk tal-Parlament Ewropew.L-ammont tal-għajnuna legali li għandu jitħallas mill-kaxxier tal-Qorti Ġeneral huwa stabbilit għal EUR 1 653.36.