Language of document : ECLI:EU:T:2011:176





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ April 2011 – Air Franza vs UASI (Forma ta’ parallelogramm)

(Kawża T‑159/10)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta forma ta’ parallelogramm – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Nuqqas ta’ kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara punti 17, 30, 35)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1018/2009‑2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal li jirrappreżenta forma ta’ parallelogramm bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Société Air France

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva, li tirrapreżenta forma ta’ parallelogramm, għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 18, 21, 24, 25, 28, 35 sa 39 u 41 sa 45 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 7576218

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-kumpannija Air France hija kkundannata għall-ispejjeż.