Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' April 2011 - Air France vs UASI (Forma ta' parallelogramm)

(Kawża T-159/10) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta forma ta' parallelogramm - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti:Kumpannija Air France (Roissy-en-France, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta' Jannar 2010 (Każ R 1018/2009-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' sinjal li jirrapreżenta forma ta' parallelogramm bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Il-kumpannija Air France hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 161, 19.6.2010.