Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2013 – LemonAid Beverages vs UASI - Pret a Manger (Europe) (Lemonaid)

(Kawża T-298/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LemonAid Beverages GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Lüken and J. Natzel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Prêt à Manger (Europe) Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Marzu 2013, (Każ R 276/2012-2) li permezz tagħha t-Tieni Bord tal-Appell ikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 007089444 fir-rigward tal-prodotti kkontestati fil-klassijiet 32 u 33 u d-deċiżjoni korrispondenti tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI tal-20 ta’ Diċembru 2011 (Każ 4123 C);

tiċħad, fl-intier tagħha, it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tas-7 ta’ Jannar 2010 kontra t-trade mark Komunitarja Nru 007089444;

tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità : it-trade mark verbali “Lemonaid” – Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7 089 444

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-motivi tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kienu dawk stabbiliti fl-Artikoli 53(1)(c) u 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja kkontestata ddikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1) flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.