Language of document :

Appell ippreżentat fis-6 ta’ April 2021 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fis-27 ta’ Jannar 2021 fil-Kawża T-9/19, ClientEarth vs EIB

(Kawża C-223/21 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Blanc u G. Gattinara, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: ClientEarth, European Investment Bank (EIB)

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tordna lil ClientEarth tbati l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, il-Kummissjoni tqajjem tliet aggravji.

Żbalji ta’ dritt fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ interpretazzjoni konsistenti fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u fl-interpretazzjoni tal-Artikoli 2 u 9 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus (l-ewwel aggravju jikkonċerna l-punti 107, 125 u 126 tas-sentenza appellata).

Żball ta’ dritt fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1)(g) tar-Regolament ta’ Aarhus Regulation 1 dwar il-kunċett ta’ “att amministrattiv”; dan l-aggravju jinqasam fi tliet partijiet:

żball ta’ dritt fl-interpretazzjoni tal kunċett ta’ “liġi” stabbilit fl-Artikolu 2(1)(f) tar-Regolament ta’ Aarhus (din il-parti tat-tieni aggravju tikkonċerna l-punti 121 sa 124 tas-sentenza appellata);

żball ta’ dritt fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “miżura ta’ ambitu individwali” stabbilit fl-Artikolu 2(1)(g) tar-Regolament ta’ Aarhus (din il-parti tat-tieni aggravju tikkonċerna l-punti 126 sa 142 tas-sentenza appellata);

żball ta’ dritt fl-interpretazzjoni tal-kliem “effetti esterni u li jorbtu legalment”, imsemmija fl-istess dispożizzjoni (din il-parti tat-tieni aggravju tikkonċerna l-punti 149 sa 173 tas-sentenza appellata).

Ksur tal-Artikolu 271(c) TFUE (dan l-aggravju jikkonċerna l-punti 89 sa 92, 150 sa 152 u 169 sa 171 tas-sentenza appellata).

____________

1 Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 13).