Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Novembru 2012 - ADEDY et vs Il-Kunsill
(Kawża T-541/10)
("Rikors għal annullament - Deċiżjonijiet indirizzati lil Stat Membru bil-għan li jirrimedjaw sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà")
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Anotati Dioikisi Enoseon Dimosion Ypallilon (ADEDY) (Ateni, Il-Greċja); Spyridon Papaspyros (Ateni); u Ilias Iliopoulos (Ateni) (rappreżentant: M.-M. Tsipra, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Middleton, A. de Gregorio Merino, u E. Chatziioakeimidou, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, J.-P. Keppenne u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament, minn naħa, Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/320/UE, tal-10 ta' Mejju 2010, indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 145, p. 6, rettifika ĠU 2011, L 209, p. 63) u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/486/UE, tas-7 ta' Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/320 (ĠU L 241, p. 12).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
L-Anotati Dioikisi Enoseon Dimosion Ypallilon (ADEDY), S. Papaspyros u I. I1iopoulos għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 30, 29.01.2011