Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrchní soud v Praze (ir-Repubblika Ċeka) fis-7 ta’ Frar 2022 – ALD Automotive s.r.o. vs DY, amministratur ġudizzjarju tal-kumpannija debitriċi GEDEM-STAV a.s.

(Kawża C-78/22)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Vrchní soud v Praze

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ALD Automotive s.r.o..

Konvenut: DY, amministratur ġudizzjarju tal-kumpannija debitriċi GEDEM-STAV a.s.

Domandi preliminari

Liema huma l-kriterji li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex tkun tista’ tintalab, tal-inqas is-somma stabbilita ta’ EUR 40 msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali 1 , fil-każ ta kuntratti li jirrigwardaw prestazzjonijiet repetuti jew kontinwi?

Il-qrati tal-Istati Membri jistgħu, b’riferiment għall-prinċipji ġenerali tad-dritt privat, jirrifjutaw li jilqgħu talba skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva?

Fil-każ ta risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, taħt liema kundizzjonijiet il-qrati tal-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-ammont tat-talba msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva?

____________

1     ĠU 2011, L 48, p. 1.