Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta' Ottubru 2012 - ELE.SI.A vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-312/10) 

["Klawżola ta' arbitraġġ - Is-Sitt programm kwadru multiannwali tal-Komunità Ewropea għal azzjonijiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' demostrazzjoni li jikkontribwixxu għar-realizzazzjoni taż-żona Ewropea tar-riċerka u l-innovazzjoni (2002-2006) - Kuntratt li jirrigwarda il-proġett 'I-Way, Intelligent, co-operative system in cars for road safety' - Rexxissjoni ta' kuntratt - Talba għal rimbors tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa - Danni - Rikors intiż għall-akkwist tal-kontribuzzjoni finanzjarja kollha mitluba u għall-kontestazzjoni tat-talba għal rimbors - Kontrotalba"]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Elettronica e sistemi per automazione (ELE.SI.A) SpA (Guidonia Montecelio, l-Italja) (rappreżentanti: P. Tomassi, S. Baratti u P. Caprile, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: A. Aresu u A. Sauka, aġenti)

Suġġett

Talba intiża għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja li r-rikorrenti tippretendi li tista' titlob skont il-kuntratt Nru 27195, konkluż fit-13 ta' Diċembru 2005 bejn il-Kummissjoni u r-rikorrenti, relatat mal-proġett ta' riċerka msejjaħ "I-Way, Intelligent, co-operative system in cars for road safety", kif ukoll kontrotalba intiża għar-rimbors ta' parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa kif ukoll għall-ħlas tad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors ippreżentat minn Elettronica e sistemi per automazione (ELE.SI.A) SpA huwa miċħud.

ELE.SI.A hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta' EUR 184 129.74, flimkien mal-interessi dekorribbli mit-18 ta' Mejju 2010, kif ukoll somma ta' EUR 7 344.46, flimkien mal-interessi dekorribbli mit-18 ta' Mejju 2010.

ELE.SI.A hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 260, 25.9.2010.