Language of document : ECLI:EU:T:2014:195





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ April 2014 — CITEB u Belgo‑Metal vs Il-Parlament

(Kawża T‑488/12)

“Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni u ta’ estensjoni tal-binja Eastman fi Brussell — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Komunikazzjoni tar-rapport tal-kumitat tal-evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati (Regolamenti tal-Persunal tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 25, 27)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tiġix aċċettata offerta (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)) (ara l-punti 32, 35-39, 43)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament, tas‑7 ta’ Settembru 2012, li tiċħad l-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ avviż ta’ kuntratt tad‑19 ta’ Mejju 2012, ippubblikat fis-Suppliment għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal‑Unjoni Ewropea (ĠU 2012/S 92‑1563620) u bir-referenza INLO.AO‑2012‑005‑BRU‑UPIB‑02, dwar it-twettiq ta’ xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni u ta’ estensjoni tal-binja Eastman fi Brussell (il-Belġju) u li tagħti dan il-kuntratt lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cit Blaton SA (CITEB) u Belgo-Metal huma kkundannati għall-ispejjeż.