Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Lulju 2011 - Il-Kummissjoni vs Q

(Kawża T-80/09 P) 1

"Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Appell inċidentali - Fastidju psikoloġiku - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal - Komunikazzjoni fuq il-politika fil-qasam tal-fastidju psikoloġiku fil-Kummissjoni - Dmir ta' assistenza li għandha l-amministrazzjoni - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Portata - Talba għal assistenza - Miżuri provviżorji ta' tbegħid - Dmir ta' premura - Responsabbiltà - Talba għal kumpens - Ġurisdizzjoni sħiħa - Kundizzjonijiet ta' implementazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Joris, D. Martin u B. Eggers, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Q (Domsjö, l-Isveżja) (rappreżentanti: S. Rodrigues u Y. Minatchy, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tad-9 ta' Diċembru 2008, Q vs Il-Kummissjoni (F-52/05, li għadha ma ġietx ippubblbikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tad-9 ta' Diċembru 2008, Q vs Il-Kummissjoni (F-52/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata sa fejn, fil-punt 2 tad-dispożittiv, jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tħallas lil Q kumpens fl-ammont ta' EUR 500 kif ukoll is-somma ta' EUR 15 000, sa fejn din hija intiża sabiex tikkumpensa dannu morali sostnut minn Q minħabba allegat dewmien fil-ftuħ tal-investigazzjoni amministrattiva, u sa fejn, sabiex jiċħad il-kumplament tar-rikors fl-ewwel istanza, fil-punt 3 tad-dispożzittiv, huwa jiddeċiedi, fil-punti 147 sa 189 tal-motivi, fuq "l-ilment dwar il-fastidju psikoloġiku mqajjem minn [Q]" u jiddeċiedi, fil-punt 230 tal-motivi, li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet intiżi għall-annullament tar-rapporti tal-iżvilupp tal-karriera li jikkonċernawh, redatti rispettivament għall-perijodi mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Ottubru u mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Diċembru 2003.

Il-kumplament tal-appell prinċipali u tal-appell inċidentali huwa miċħud.

Il-kawża hija rrinvjata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex jiddeċiedi dwar it-talbiet għall-annullament tar-rapporti tal-iżvilupp tal-karriera msemmija iktar 'il fuq kif ukoll dwar is-somma dovuta lil Q mill-Kummissjoni biss fir-rigward tad-dannu morali li jirriżulta mir-rifjut, minn din tal-aħħar, li tieħu miżura provviżorja ta' tbegħid.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1 - ĠU C 102, 01.05.2009