Language of document : ECLI:EU:T:2011:450





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2011 – Chalk vs UASI – Reformed Spirits Company Holdings (CRAIC)

(Kawża T-83/09)

“Trade mark Komunitarja – Trade mark Komunitarja verbali CRAIC – Ċessjonijiet – Reġistrazzjoni tat-trasferiment tat-trade mark – Revoka – Artikoli 16, 17, 23 u 77a tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikoli 16, 17, 23 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] u Regola 31 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”

Trade mark Komunitarja - Trade mark Komunitarja bħala oġġett ta’ proprjetà - Assimilazzjoni tat-trade mark Komunitarja mat-trade mark nazzjonali - Portata tal-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 40/94 (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 16) (ara l-punti 25-27)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Novembru 2008 (Każ R 1888/2007-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trasferiment ta’ trade mark Komunitarja wara ċessjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

David Chalk huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Reformed Spirits Company Holdings Ltd għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).