Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-52/12) 1

[“Għajnuna mill-Istat – Ħlasijiet ta’ kumpens mogħtija mill-Organizzazzjoni tal-Assigurazzjoni Agrikola Ellenika (ELGA) matul l-2008 u l-2009 – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u tordna l-irkupru tagħha – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(3)(b) u (c) TFUE – Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu”]

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: inizjalment I. Chalkias u S. Papaïoannou, sussegwentement I. Chalkias u A. Vasilopoulou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Triantafyllou u S. Thomas, sussegwentement D. Triantafyllou u R. Sauer, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/157/UE, tas-7 ta’ Diċembru 2011, dwar ħlasijiet ta’ kumpens mogħtija mill-Organizzazzjoni Griega tal-Assigurazzjoni Agrikola (ELGA) matul l-2008 u l-2009 (ĠU 2012, L 78, p. 21).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.