Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-11 ta' Settembru 2008 - Smadja vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-135/07)1

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Ħatra - Klassifikazzjoni fi skala - Ħatra mill-ġdid tar-rikorrent fl-istess pożizzjoni wara l-annullament tal-ewwel ħatra tagħha minn sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Prinċipju ta' proporzjonalità - Prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Obbligu tal-premura)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Daniele Smadja (New Delhi, l-Indja) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewroepj (rappreżentanti: D. Martin u K. Hermann, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, li taħtar lir-rikorrenti, uffiċjal inizjalment ikklassifikat fil-grad A*15, skala 4, safejn din tiffissa l-klassifikazzjoni tagħha fil-Grad A*15, skala 1, wara l-ħatra mill-ġdid tagħha għall-pożizzjoni ta' Direttur tad-Direttorat RELEX.B, wara l-annullament tal-ewwel ħatra tagħha u, min-naħa l-oħra, talba għal dannu morali u materjali.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tal-21 ta' Diċembru 2006, li tiffissa l-klassifikazzjoni ta' Smadja fil-grad A*15, skala 1, b'anzjanità fl-iskala għall-1 ta' Novembru 2005, hija annullata.

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 37, 09.02.2008, p. 35.