Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – Pêra-Grave vs UASI – Fundação Eugénio de Almeida (QTA S. JOSÉ DE PERAMANCA)

(Kawża T-602/11) 1

[Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurativa QTA S. JOSÉ DE PERAMANCA – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti VINHO PERA-MANCA TINTO, VINHO PERA-MANCA BRANCO u PÊRA-MANCA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pêra-Grave – Sociedade Agrícola, Unipessoal, Lᵈᵃ (Evora, il-Portugall) (rappreżentant: J. de Oliveira Vaz Miranda Sousa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Fundação Eugénio de Almeida (Evora) (rappreżentanti: B. Braga da Cruz u J. Pimenta, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1797/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fundação Eugénio de Almeida u Pêra-Grave – Sociedade Agrícola, Unipessoal Lda.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Pêra-Grave – Sociedade Agrícola, Unipessoal Lda hija kkundatnnata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli ta’ Fundação Eugénio de Almeida għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

____________

1     ĠU C 32, 04.02.2012.