Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2023 – Daimler Truck vs EUIPO (CERTIFIED)

(Kawża T-436/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Daimler Truck AG (Leinfelden-Echterdingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kohl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark CERTIFIED – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 648 641

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Mejju 2023 fil-Każ R 2533/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata and tordna lil EUIPO biex tagħti protezzjoni lil indikazzjoni tal-Unjoni Ewropea tat-trade mark inkwistjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________