Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2014 – Tifosi Optics vs UASI – Tom Tailor (T)

(Kawża T-531/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva T – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti T – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni– Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009ˮ]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tifosi Optics, Inc. (Watkinsville, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment A. Tornato u D. Hazan, sussegwentement R. Gilbey, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tom Tailor GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Gillert, K. Vanden Bossche u B. Köhn-Gerdes, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Settembru 2012 (Każ R 729/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tom Tailor GmbH u Tifosi Optics, Inc.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Tifosi Optics, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Tom Tailor GmbH.