Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2023 – Sandhold vs EUIPO – Grupo de Bodegas Vinartis (PATAPOUF)

(Kawża T-540/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sandhold BV (Leiden, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Spiegeler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grupo de Bodegas Vinartis, SA (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “18 445 273”

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Ġunju 2023 fil-Każ R 2553/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO, minbarra għall-ispejjeż tagħha, għal dawk sostnuti minn Sandhold B.V.;

tikkundanna lil Grupo de Bodegas Vianrtis, S.A. għall-ispejjeż tagħha.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sa fejn jikkonċerna d-definizzjoni ta’ “pubbliku rilevanti” għall-finijiet tal-probabbiltà ta’ konfużjoni;

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sa fejn jikkonċerna l-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, sa fejn il-Bord tal-Appell irrifjuta li jwettaq paragun kunċettwali u li r-reputazzjoni għolja ta’ prodott assoċjat mat-trade mark preċedenti ma tteħditx inkunsiderazzjoni.

____________