Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Lulju 2021 – CCPL et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-130/21 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Akkordji – Suq tal-imballaġġ alimentari intiż għall-bejgħ bl-imnut – Deċiżjoni li timponi multi – Garanzija finanzjarja – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006  – Kapaċità kontributtiva – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni  – Assenza ta’ fumus boni juris )

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: CCPL – Consorzio Cooperative di Produzione e Lavoro SC (Reggio d’Émilie, l-Italja), Coopbox Group SpA (Bibbiano, l-Italja), Coopbox Eastern s.r.o. (Nové Mesto nad Váhom, is-Slovakkja) (rappreżentanti: E. Cucchiara u E. Rocchi, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u T. Baumé, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-17 ta’ Diċembru 2020, C(2020) 8940 finali, li tissostitwixxi l-multi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2015) 4336 finali tal-24 ta’ Ġunju 2015 relatata mal-proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE f’dak li jirrigwarda lil CCPL – Consorzio Cooperative di Produzione e Lavoro SC, Coopbox Group SpA u Coopbox Eastern s.r.o. (Każ AT.39563 – Ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut), sa fejn din timponi fuq ir-rikorrenti l-obbligu li jipprovdu garanzija finanzjarja jew li jagħmlu l-ħlas provviżorju tal-multi imposti.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________