Language of document : ECLI:EU:T:2021:600


 


 



Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal10 ta’ Settembru 2021 – Kühne vs Il-Parlament

(Kawża T691/20)

“Rikors għal annullament – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Skema ta’ mobbiltà – Talba dwar l-obbligu ta’ mobbiltà – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”

1.      Rikorsi tal-uffiċjali – Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment – Ammissibbiltà – Obbligu li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet imressqa kontra d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment – Konklużjonijiet nieqsa minn kontenut awtonomu jew deċiżjoni purament konfermattiva – Assenza

(Regoli tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

(ara l-punti 21, 22)

2.      Rikorsi tal-uffiċjali – Att li jikkawża preġudizzju – Kunċett – Nota tal-amministrazzjoni li tinforma lill-persuna kkonċernata bl-intenzjoni tagħha li tipproċedi, fil-futur, għall-assenjazzjoni mill-ġdid tagħha – Esklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90(2) u Artikolu 91(1))

(ara l-punti 25-28, 33-35, 38)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Parlament tas‑17 ta’ April 2020, ikkompletata fil‑21 ta’ April ta’ wara, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-mobbiltà.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Verena Kühn hija kkundannata għall-ispejjeż