Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Jannar 2024 – Levantur vs EUIPO – Fantasia Hotels & Resorts (LUXURY BAHIA PRINCIPE FANTASIA Don Pablo Collection)

(Kawża T-505/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LUXURY BAHIA PRINCIPE FANTASIA Don Pablo Collection – Isem kummerċjali nazzjonali preċedenti FANTASIA HOTELES – Raġuni relattiva ta’ invalidità – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li issa saru l-Artikolu 8(4) u Artikolu 60(1)(ċ) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Levantur SA (Murcia, Spanja) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, E. Armero Lavie, C. Caballero Pastor u J. Oria Sousa Montes, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas, J. Ivanauskas u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Fantasia Hotels & Resorts, SL (Zaragoza, Spanja) (rappreżentanti : J. Vicente Martínez u J. Erdozain López, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ Mejju 2022 (Każ R 1973/2020-1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Levantur, SA għandha tbagħti, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Fantasia Hotels & Resorts, SL.

____________

1     ĠU C 380, 3.10.2022.