Language of document : ECLI:EU:T:2013:248





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Mejju 2013 — Gap granen & producten vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑437/10)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Importazzjoni ta’ qamħ iebes ta’ kwalità għolja — Dazji fuq l-importazzjoni — Regolament (KE) Nru 919/2009 — Regolament (KE) Nru 1249/96 — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Dannu materjali — Rabta kawżali”

1.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Natura kumulattiva — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Kunċett — Oneru tal-prova (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 15, 16, 74, 76, 80, 81)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-istituzzjoni fl-adozzjoni tal-att — Teħid inkunsiderazzjoni neċessarju matul l-eżami tar-responsabbiltà — Determinazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni ta’ qamħ iebes ta’ kwalità għolja (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 1249/96, Artikolu 4 u Nru 919/2009) (ara l-punti 19, 22-24, 28-35, 40, 41, 44, 52, 56, 62, 66, 70, 71)

3.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Dannu — Dannu li jista’ jiġi kkumpensat — Spejjeż sostnuti għall-finijiet tal-proċedura ġudizzjarja — Esklużjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 86)

Suġġett

Rikors għad-danni ppreżentat fuq il-bażi tal-Artikolu 340 TFUE intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara li ġew stabbiliti d-dazji fuq l-importazzjoni għall-qamħ iebes ta’ kwalità għolja permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 919/2009, tal-1 ta’ Ottubru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 915/2009 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Ottubru 2009 (ĠU L 259, p. 5).

Dispożittiv

1)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkumpensa d-dannu subit minn Gap SA granen & producten NV minħabba l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 919/2009, tal-1 ta’ Ottubru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 915/2009 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Ottubru 2009, sa fejn dan ir-regolament la kkunsidra l-istima fob u lanqas uża metodu ta’ kalkolu li jirrappreżenta l-ispejjeż tal-merkanzija reali għall-istabbiliment tad-dazji fuq l-importazzjoni għall-qamħ iebes ta’ kwalità għolja.

2)

Gap SA granen & producten NV u l-Kummissjoni għandhom jibagħtu lill-Qorti Ġenerali, f’terminu ta’ sitt xhur mid-data tas-sentenza, l-ammonti li għandhom jitħallsu, inkluż l-interessi, stabbiliti bi qbil komuni.

3)

Fin-nuqqas ta’ dan, Gap SA granen & producten NV u l-Kummissjoni għandhom iressqu quddiem il-Qorti Ġenerali, fl-istess terminu, it-talbiet tagħhom dwar il-kwantifikazzjoni tad-dannu.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.