Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2013 – Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-354/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks e.V. (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Jung, M. Teworte Vey, A. Renvert u J. T. Saatkamp, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-8 ta’ April 2013 fil-Każ “Kołocz śląski/Kołacz śląski” - Schlesischer Streuselkuchen (Ref. Ares [2013] 619104 – 10. April 2013).

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq bażi legali żbaljata

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta wettqet żball ta’ liġi meta bbażat id-deċiżjoni tagħha dwar it-talba tar-rikorrenti għall-kanċellament tar-reġistrazzjoni ta’ “Kołocz śląski/Kołacz śląski” bħala indikazzjoni ġeografika protetta fuq ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 1 , fis-seħħ fil-mument tad-deċiżjoni tal-konvenuta, minflok ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 2 , fis-seħħ fil-mument tat-talba tar-rikorrenti. B’dan il-mod, il-konvenuta kisret il-prinċipju “tempus regit actum”.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li t-talba għall-kanċellament tar-reġistrazzjoni hija ammissibbli u fondata skont ir-Regolament (KE) Nru 510/2006. F’dan ir-rigward, hija tosserva b’mod partikolari li hemm żewġ raġunijiet għal kanċellament tar-reġistrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (l-indikazzjoni inkwistjoni hija indikazzjoni ġenerika fis-sens tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 510/2006; id-delimitazzjoni ġeografika tat-territorju tas-Silesja fl-ispeċifikazzjonijiet tar-reġistrazzjoni hija żbaljata) u li interpretazzjoni u applikazzjoni differenti ta’ din id-dispożizzjoni jiksru d-drittijiet fundamentali tal-impriżi tal-furnara fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament Nru 1151/2012Ir-rikorrenti ssostni li t-talba hija ammissibbli u fondata, anki jekk din hija evalwata fuq il-bażi tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.