Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Settembru 2011 - BVR vs UASI - Austria Leasing (Austria Leasing Gesellschaft m.b.H. Mitglied der Raiffeisen-Bankengruppe Österreich)

(Kawża T-197/10) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Austria Leasing Gesellschaft m.b.H. Mitglied der Raiffeisen-Bankengruppe Österreich - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Raiffeisenbank - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bundesverband der Deutschen Volksbanken und Raiffeisenbanken e.V. (BVR) (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Rinke, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Austria Leasing GmbH (Eschborn, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Joachim, avukat)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta' Frar 2010 (Każ R 248/2009-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn il-Bundesverband der Deutschen Volksbanken und Raiffeisenbanken e.V. (BVR) u Austria Leasing GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Bundesverband der Deutschen Volksbanken und Raiffeisenbanken e.V. (BVR)hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 179, 3.7.2010.