Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' April 2010 - Scuola Elementare Maria Montessori vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-193/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Scuola Elementare Maria Montessori Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Nucara, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tal-15 ta' Frar 2010, li fiha l-konvenuta ddeċidiet li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti;

tikkundanna l-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-15 ta' Frar 2010, li ċaħdet l-ilment imressaq mir-rikorrenti.

Dan l-ilment jirrigwarda, mhux biss l-eżenzjoni mit-taxxa muniċipali fuq il-beni immobbli, bħal fil-Kawża T-192/10, Pietro Ferracci vs Il-Kummissjoni, iżda wkoll l-eżenzjoni parzjali (ta' 50 %) mill-ħlas tat-taxxa fuq il-qligħ tal-persuni ġuridiċi, pprovduta fil-leġiżlazzjoni fiskali Taljana.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk sostnuti fil-Kawża T-192/10.

____________