Language of document : ECLI:EU:T:2009:160





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Mejju 2009 – Euro‑Information vs UASI (CYBERCREDIT, CYBERGESTION, CIBERGUICHET, CYBERBOURSE u CYBERHOME)

(Kawżi magħquda T‑211/06, T‑213/06, T‑245/06, T‑155/07 u T‑178/07)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali CYBERCREDIT, CYBERGESTION, CYBERGUICHET, CYBERBOURSE u CYBERHOME – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 32-36, 42)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Mejju (Każ R 0068/2006‑1), tat-12 ta’ Ġunju (Każ R 0066/2006-1), tal-5 ta’ Lulju 2006 (Każ R 0067/2006‑1), tat-28 ta’ Frar (Każ R 1046/2006‑1) u tal-15 ta’ Marzu 2007 (Każ R 0067/2006‑1), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal CYBERGESTION (Kawża T‑213/06), CYBERCREDIT (Kawża T‑211/06), CYBERGUICHET (Kawża T‑245/06), CYBERBOURSE (Kawża T‑155/07) u CYBERHOME (Kawża T‑178/07) bħala trade marks Komunitarji.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade marks Komunitarji:

Européenne de traitement de l’information (Euro-Information)

Trade marks Komunitarji kkonċernati:

Trade marks verbali CYBERCREDIT, CYBERGESTION, CYBERGUICHET, CYBERBOURSE u CYBERHOME għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 36 u 38 (Applikazzjonijiet Nri 4114336, 4114716, 4114575, 4114682 u 4114666)

Deċiżjonijiet tal-eżaminatur:

Reġistrazzjonijiet rrifjutata

Deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell:

Appelli miċħud

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

L-Européenne de traitement de l’information (Euro-Information) hija kkundannata għall-ispejjeż.