Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Ottubru 2011 - DBV vs Il-Kummissjoni Ewropea
("Rikors għal annullament - Dumping - Importazzjonijiet ta' ċerti roti tal-aluminju li joriġinaw miċ-Ċina - Drittijiet tad-difiża - Kalkolu tal-valur normali - Proporzjonalità - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt")
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: DBV Deutscher Brennstoffvertrieb Würzburg GmbH (Würzburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Rudolph u A. Günther, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u T. Maxian Rusche, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2010, tal-10 ta' Mejju 2010, li jimponi dazju provviżorju ta' anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti roti tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 117, p. 64).
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) DBV Deutscher Brennstoffvertrieb Würzburg GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 246, 11.09.2010.