Rikors ippreżentat fis-7 ta' Lulju 2010 - Camara vs Il-Kunsill
(Kawża T-295/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Kerfalla Person Camara (rappreżentant: J.-C. Tchikaya, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009, tat-22 ta' Diċembru 2009, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika ta' Ginea, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent;
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrent jitlob l-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009, tat-22 ta' Diċembru 2009, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika ta' Ginea
1 sa fejn ir-rikorrent huwa inkluż fil-lista tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, tal-entitajiet u tal-korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati taħt l-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament.
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni tliet motivi bbażati:
fuq żball manifest ta' evalwazzjoni billi inkluda lir-rikorrent fuq il-lista tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, tal-entitajiet u tal-korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati;
fuq ksur tal-Artikolu 215(3) TFUE peress li r-regolament ikkontestat ma jinkludi l-ebda garanzija ġuridika, b'mod partikolari proċedurali;
fuq ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn ir-regolament ikkontestat jikser (i) il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni billi jsemmi l-isem tar-rikorrent fuq il-lista tal-persuni ssanzjonati minħabba l-oriġini soċjali tagħom, (ii) id-drittijiet tad-difiża billi ma jipprovdix proċedura sabiex jiġu kkomunikati lir-rikorrent il-provi li hemm kontrih, (iii) id-dritt għal rikors ġuridiku effettiv, peress li l-Kunsill ma informax lir-rikorrent bil-mezzi ta' rikors, u (iv) id-dritt ta' proprjetà tar-rikorrent.
____________1 - ĠU L 346, p. 26.