Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta April 2015 – Matratzen Concord vs UASI - KBT (ARKTIS)

(Kawża T-258/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark Komunitarja verbali ARKTIS – Użu ġenwin mit-trade mark – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Forma tal-użu mit-trade mark – Prova tal-użu għall-prodotti rreġistrati – Kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Matratzen Concord GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Selting u J. Mertens, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: KBT & Co. Ernst Kruchen agenzia commerciale sociétá in accomandita (Locarno, l-Isvizzera) (rappreżentant: K. Schulze Horn, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Marzu 2013 (Każ R 2133/2011-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Matratzen Concord GmbH u KBT & Co. Ernst Kruchen agenzia commerciale sociétá in accomandita.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Matratzen Concord GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn KBT & Co. Ernst Kruchen agenzia commerciale sociétá in accomandita għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)(UASI).