Language of document : ECLI:EU:T:2015:250





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-30 ta’ April 2015 –
Franza vs Il-Kummissjoni


(Kawża T‑259/13)

“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Miżuri ta’ għajnuna għall-iżvilupp rurali – Żoni ta’ żvantaġġi naturali – Korrezzjoni finanzjarja fissa – Infiq imwettaq minn Franza – Kriterju ta’ tagħbija – Kontrolli fuq il-post – Garanziji proċedurali”

1.                     Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Finanzjament mill-FAEGG – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja – Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat – Oneru tal-prova – Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikoli 7(4), 8 u 9) (ara l-punti 50-53)

2.                     Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Finanzjament mill-FAEŻR – Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums – Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post – Natura awtonoma taż-żewġ tipi ta’ kontrolli (Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 1082/2003, Artikolu 2(2), Nru 796/2004, Artikoli 26(2)(b) u 35, u Nru 1975/2006, Artikoli 10, 12 u 14) (ara l-punti 64, 65, 69-71, 74, 81, 87, 88)

3.                     Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Finanzjament mill-FAEGG – Clearance tal-kontijiet – Proċedura – Proċedura ta’ konċiljazzjoni – Opinjoni tal-korp ta’ konċiljazzjoni – Assenza ta’ effett vinkolanti (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/442, Artikolu 1(2)(a)) (ara l-punt 80)

4.                     Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Finanzjament mill-FAEGG – Clearance tal-kontijiet – Tfassil tad-deċiżjonijiet – Komunikazzjoni bil-miktub mill-Kummissjoni lill-Istati Membri tar-riżultati tal-verifiki tagħha – Kontenut – Kundizzjonijiet – Nuqqas ta’ osservanza – Effett (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1258/1999, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 7(4) u Nru 1290/2005, Artikolu 31; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 1663/95, Artikolu 8(1), u Nru 885/2006, Artikolu 11) (ara l-punti 98-100, 103-106, 109)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/123 UE, tas-26 ta’ Frar 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 67, p. 20).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/123 UE, tas-26 ta’ Frar 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn hija tapplika korrezzjoni finanzjarja fil-konfront tar-Repubblika Franċiża fil-kuntest ta’ miżuri ta’ għajnuna għall-iżvilupp rurali għan-nagħaġ li ma kinux is-suġġett ta’ primjum tan-nagħaġ għas-snin finanzjarji 2008 u 2009.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata tbati tliet kwarti tal-ispejjeż tagħha stess u tliet kwarti tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati kwart tal-ispejjeż tagħha stess u kwart tal-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Franċiża.

5)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.