Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2024 – Piql vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-158/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Piql AS (Drammen, in-Norveġja) (rappreżentant: L. Garnes, lawyer)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni C(2024) 414 final tas-17 ta’ Jannar 2024 adottata mill-Kummissjoni Ewropea 1 ;
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed.
Id-deċiżjoni ċċitata tal-Kummissjoni Ewropea tobbliga lir-rikorrenti, li hija d-destinatarja, li tirrimborża ammont speċifiku peress li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tikkonkludi li ċerti spejjeż mitluba għal proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea ma kinux eliġibbli. Ir-rikorrenti ssostni, madankollu, li l-Kummissjoni interpretat u applikat b’mod żbaljat il-ftehim ta’ għotja għal proġetti billi kkonkludiet li ċerti spejjeż ma kinux eliġibbli. Ir-rikorrenti għalhekk ssostni li l-ispejjeż inkwistjoni kienu eliġibbli u li għalhekk id-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni għandha tiġi annullata sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tadotta deċiżjoni ġdida bbażata fuq l-ispejjeż eliġibbli korretti previsti mill-ftehim ta’ għotja inkwistjoni.
____________
1 Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2024 dwar l-irkupru tas-somma ta’ EUR 245,161.28 (mitejn u ħamsa u erbgħin elf, mija wieħed u sittin Euro u tmienja u għoxrin ċenteżmu) flimkien mal-interessi dovuti minn PIQL AS.