Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2024 – Terras de Sal - Comércio e Transformação de Sel Marinho Tradicional vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-193/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Terras de Sal - Comércio e Transformação de Sel Marinho Tradicional (Castro Marim, il-Portugall) (rappreżentanti: T. Lachacinski u F. Fajgenbaum, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tiddikjara li għandha kompetenza;
tilqa’ t-talba tar-rikorrenti għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/423 tal-31 ta’ Jannar 2024 li jdaħħal isem fir-reġistru ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Sel de Camargue/Fleur de sel de Camargue (IĠP)) 1 ;
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2024/423;
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża T-190/24, Comptoir Sel Solaire vs Il-Kummissjoni.
____________
1 ĠU L, 2024/423.