Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2023 – PAN Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1148/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. Bailleux, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors bħala ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni bid-data tat-3 ta’ Ottubru 2023, ikkomunikata lir-rikorrenti fil-verżjoni Franċiża tagħha tal-10 ta’ Ottubru 2023, li tiċħad it-talba għal eżami intern mill-ġdid tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/574 1 tat-13 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-identifikazzjoni ta’ koformulanti inaċċettabbli fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 2 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-pagament tal-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku, ibbażat fuq ksur, permezz tad-deċiżjoni kkontestata (u permezz tar-regolament ta’ implimentazzjoni imsemmi iktar ’il fuq), tal-prinċipju ta’ ċertezza legali kif ukoll tal-Artikolu 4(3)(b), tal-Artikolu 4(5), tal-Artikolu 27(1), (3) u (5) u tal-Artikolu 29(1)(e) u (f) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

____________

1 Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/57 tat-13 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-identifikazzjoni ta’ koformulanti inaċċettabbli fi prodotti għall- protezzjoni tal-pjanti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2023, L 75, p. 7).

1 Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU 2009, L 309, p. 1).