Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2024 – Marcandita vs EUIPO – Euronext (bnext)

(Kawża T-439/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Marcandita, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero u E. Cebollero González, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Eberl, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Euronext NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ April 2023 (Każ R 2111/2022-4).

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 321, 11.9.2023.