Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Ottubru 2010 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-32/09 P) 1

"Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura prekontenzjuża - Appell manifestament infondat - Appell inċidentali limitat għall-ispejjeż"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-4 ta' Novembru 2008, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-18/07, mhux ippubblikat fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat.

L-appell inċidentali huma miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Luigi Marcuccio huma kkundannat, minbarra għall-ispejjeż tiegħu, għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-appell.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-kuntest tal-appell inċidentali.

____________

1 - ĠU C 69, 21.3.2009.