Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rīgas apgabaltiesas Krimināllietu tiesu kolēģija - il-Latvja) – proċeduri kriminali kontra Aleksandrs Ranks, Jurijs Vasiļevičs

(Kawża C-166/15) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 91/250/KEE – Artikolu 4(a) u (ċ) – Artikolu 5(1) u (2) – Direttiva 2009/24/KE – Artikolu 4(1) u (2) – Artikolu 5(1) u (2) – Protezzjoni legali tal-programmi tal-kompjuter – Bejgħ mill-ġdid ta’ kopji ‘użati’ ta’ programmi tal-kompjuter b’liċenzja fuq mezzi fiżiċi li ma humiex oriġinali – Eżawriment tad-dritt ta’ distribuzzjoni – Dritt esklużiv ta’ riproduzzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Rīgas apgabaltiesas Krimināllietu tiesu kolēģija

Partijiet fil-proċeduri kriminali prinċipali

Aleksandrs Ranks, Jurijs Vasiļevičs,

fil-preżenza ta’: Finanšu un ekonomisko noziegumu izmeklēšanas prokuratūra, Microsoft Corp.

Dispożittiv

L-Artikolu 4(a) u (ċ) u l-Artikolu 5(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1991, dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, għalkemm l-akkwirent inizjali ta’ kopja ta’ programm tal-kompjuter li jkollha magħha liċenzja illimitata għall-użu għandu dritt ibigħ mill-ġdid din il-kopja użata u l-liċenzja tagħha lil subakkwirent, huwa min-naħa l-oħra ma jistax, meta l-mezz fiżiku oriġinali tal-kopja li tkun ġiet inizjalment ikkunsinnata lilu tiġrilu ħsara, jiġi distrutt jew jintilef, jipprovdi l-kopja ta’ riżerva tiegħu ta’ dan il-programm lil dan is-subakkwirent mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-dritt.

____________

1 ĠU C 205, 22.6.2015.