Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-10 ta’ Ottubru 2023 – rhtb: projekt gmbh vs Parkring 14-16 Immobilienverwaltung GmbH

(Kawża C-622/23, rhtb)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: rhtb: projekt gmbh

Konvenut: Parkring 14-16 Immobilienverwaltung GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 , ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 73 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa suġġett għat-taxxa fuq il-valur miżjud l-ammont li persuna li tagħti x-xogħol tkun obbligata tħallas lill-impriża mqabbda sabiex twettaq ix-xogħol anki meta x-xogħol ma jkunx twettaq (kompletament) iżda l-impriża kienet lesta twettqu u kienet prekluża milli twettqu minħabba ċirkustanzi marbuta mal-persuna li tat ix-xogħol (pereżempju, il-kanċellazzjoni tax-xogħol)?

____________

1         ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.