Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 - Williams vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-42/05)1

("Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti preparatorji li jikkonċernaw l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/18/KE dwar il-GMOs - Rifjut parzjali ta' aċċess - Rifjut impliċitu ta' aċċess - Eċċezzjonijiet relattivi għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali, għall-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali u għall-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Obbligu ta' motivazzjoni")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rhiannon Williams (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Crosby, C. Bryant, solicitors, u R. Lang, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Docksey u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2004 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess tar-rikorrenti għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw ix-xogħol preparatorju relattiv għal-leġiżlazzjoni dwar l-organiżmi modifikati ġenetikament

Dispożittiv

Mhemmx iktar lok li tittieħed deċiżjoni dwar il-legalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2004 li tirrifjuta parzjalment l-aċċess ta' Rhiannon Williams għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw ix-xogħol preparatorju relattiv għal-leġiżlazzjoni dwar l-organiżmi ġenetikament modifikati, safejn hija tinkludi rifjut impliċitu ta' aċċess għad-dokumenti preparatorji li ħarġu mid-Direttorat Ġenerali (DĠ) "Kummerċ" tal-Kummissjoni u li jikkonċernaw l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE.

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2004 hija annullata safejn hija rrifjutat impliċitament l-aċċess għal dokumenti preparatorji li jikkonċernaw l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/18 għajr dawk li ħarġu mid-DĠ "Kummerċ".

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż inkorsi minn R. Williams.

____________

1 - ĠU C 93, 16.4.2005.