Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Ġunju 2011 - DTS Distribuidora de Televisión Digital vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-533/10 R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Modifikazzjoni tas-sistema ta' finanzjament tal-korp pubbliku ta' xandir bir-radju u bit-televiżjoni Spanjol RTVE - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara s-sistema l-ġdida ta' finanzjament kompatibbli mas-suq intern - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: DTS Distribuidora de Televisión Digital, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: H. Brokelmann u M. Ganino, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Valero Jordana u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentanti: J. Rodríguez Cárcamo, abogado del Estado); u Corporación de Radio y Televisión Española, SA (RTVE) (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: A. Martínez Sánchez, A. Vázquez-Guillén Fernández de la Riva u J. Rodríguez Ordóñez, avukati)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/1/UE, tal-20 ta' Lulju 2010, dwar l-iskema ta' għajnuna C 38/09 (ex NN 58/09) li Spanja tippjana li timplementa favur ir-RTVE (ĠU 2011, L 1, p. 9)

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________