Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Diċembru 2011 - Häfele vs UASI (Vorfront)

(Kawża T-531/10) 

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Vorfront - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Häfele GmbH & Co. KG (Nagold, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u J. Dönch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner, sussegwentement R. Manea, u finalment A. Pohlmann, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta' Settembru 2010 (Każ R 570/2010-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Vorfront bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Häfele GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 30, 29.01.2011