Language of document : ECLI:EU:T:2011:745





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2011 – Häfele vs UASI (Vorfront)

(Kawża T-531/10)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Vorfront – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 23, 24, 26, 27, 35)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Settembru 2010 (Każ R 570/2010‑1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Vorfront bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Häfele GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.