Language of document : ECLI:EU:T:2013:250





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Mejju 2013 — Reber vs UASI – Klusmeier (Wolfgang Amadeus Mozart PREMIUM)

(Kawża T‑530/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Wolfgang Amadeus Mozart PREMIUM — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti W. Amadeus Mozart — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — L-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu (a) tal-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Interpretazzjoni fid-dawl tar-ratio legis tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punt 27)

2.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 28-30)

3.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Applikazzjoni tal-kriterji għall-każ speċifiku (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punt 31)

4.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Saħħa probatorja ta’ provi — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3), u 78(1)(f); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, l-Ewwel Artikolu, Regola 22(3)) (ara l-punt 36)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Settembru 2010 (Każ R 363/2008‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Reber Holding GmbH & Co. KG u Anna Klusmeier.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Reber Holding GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Anna Klusmeier għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).